Multimedja

Bosta kumpaniji qegħdin jersqu lejn applikazzjonijiet multimedjali sabiex jippromwovu l-prodotti u l-immaġni tagħhom. Il-manwali interattivi huma mod effettiv biex jitfissru sistemi komplessi jew il-manutenzjoni tat-tagħmir, u jieħdu l-post tal-manwali ingombranti ta’ fuq il-karta.

Fil-laboratorju tagħna tal-multimedja, niddiżinjaw u niżviluppaw applikazzjonijiet interattivi ta’ kwalità professjonali, billi nintegraw testi u ilħna f’bosta lingwi ma’ stampi, awdjo, video, animazzjoni 3D, eċċetra.

Nistgħu wkoll nittraduċu, niddoppjaw jew noħolqu sottotitoli għall-videos kummerċjali tiegħek.