l-isem

L-espressjoni ‘Prem Dan’ oriġinat mill-Bengali u għandha bosta tifsiriet, fosthom dik ta’ ‘dar tal-ħbiberija’. Fit-tramuntana ta’ l-Indja, ‘prem dan’ huwa post fejn nies jiltaqgħu biex jitkellmu u jistrieħu wara ġurnata twila ta’ xogħol.

Prem Dan huwa wkoll l-isem ta’ waħda mis-seba’ djar ta’ l-Ordni ta’ Madre Tereża f’Kalkatta. Kien hawn fejn twieldet l-idea li titwaqqaf il-kumpanija Prem Dan, u minn fejn ħadna isimna.